
Erbatax (14) mill-membri akkademiċi ta’ l-Universita’ ta’ Malta, li jinkludu lil Daphne
Attard, Fakultà tax-Xjenza; Everaldo Attard, Istitut tax-Xjenzi Rurali; Godfrey
Baldacchino, Fakultà ta’ l-Arti; Jean Calleja-Agius, Fakultà tal-Mediċina u s-Servizzi
Kirurġiċi; Mark Anthony Camilleri, Fakultà tal-Media u x-Xjenza ta’ l-Għarfien; Albert R.
Caruana, Fakultà tal-Media u x-Xjenza ta’ l-Għarfien; Sarah Cuschieri, Fakultà tal-
Mediċina u s-Servizzi Kirurġiċi; Michael Galea, Fakultà tal-Inġinerija; Ruben Gatt,
Fakultà tax-Xjenza; Joseph N. Grima, Fakultà tax-Xjenza; Jackson Levi-Said, Istitut tax-
Xjenzi tal-Ispazju u l-Astronomija; Peter Mayo, Fakultà tal-Edukazzjoni; Eleanor M.L.
Scerri, Fakultà ta’ l-Arti; u Brendon P. Scicluna, Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa (dawn l-
ismijiet huma mqassmin skont l-ordni alfabetiku), ġew inklużi f’lista magħrufa bħala l-
klassifika tal-aqwa 2% riċerkaturi fid-dinja, li hi ikkompilata mill-Universita’ ta’ Stanford,
b’kollaborazzjoni ma’ publikatur internazzjonali ta’ kotba u rivisti akkademiċi, Elsevier.
Dawn l-akkademiċi ġew rikonoxxuti għall-għadd ta’ ċitazzjonijiet li rċevew il-
pubblikazzjonijiet tagħhom, matul is-sena 2024.
Barra minn hekk, disgha (9) kollegi Maltin iddistingwew ruħhom ghal publikazzjonijiet
akkademiċi tul il-karriera tagħhom. Dawn ta’ l-aħħar jinkludu lil:
Professur Mark A. Camilleri (c-score 3.7352);
Professur Albert R. Caruana (c-score 3.6561);
Professur Godfrey Baldacchino (c-score 3.6299);
Professur Sarah Cuschieri (c-score 3.5770);
Professur Joseph N. Grima (c-score 3.3261);
Professur Donia R. Baldacchino (c-score 3.0595);
Professur Norman Poh (c-score 2.9874);
Professur Michael Galea (c-score 2.7935); u
Professur Antonios Liapis (c-score 2.7905).
Din l-aħbar tenfasizza l-impenn ta’ l-Università ta’ Malta sabiex tikseb eċċellenza fil-
qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, f’dixxiplini varji, li jinkludu n-negozju u l-immaniġġjar,
l-inġinerija, il-mediċina u x-xjenzi tas-saħħa, kif ukoll fix xjenzi umanistici u dawk soċjali.
Il-kontributur ta’ dan l-istudju globali huwa l-Professur John P.A. Ioannidis mill-Università
ta’ Stanford. L-għażla tiegħu hija “ibbażata fuq l-aqwa 100,000 xjenzati skont il-punteġġ
hekk imsejjah ‘c-score’ jew fuq rank percentwali ta’ 2% jew aktar fl-oqsma rispettivi
tagħhom”. L-indikaturi taċ-ċitazzjonijiet u l-metodoloġija tal-klassifiki tiegħu jinsabu f’ dan
il-portal: https://elsevier.digitalcommonsdata.com/datasets/btchxktzyw/8
Ċitazzjoni suġġerita: Ioannidis, John P.A. (2025), “Updated science-wide author
databases of standardized citation indicators”, Elsevier Data Repository, V8, doi:
10.17632/btchxktzyw.8
You must be logged in to post a comment.